The Third Eye

Ħafna nies madwar id-dinja jqisu dan il-jum bħala wieħed importanti ħafna; opportunita’ sabiex jesprimu l-imħabba tagħom lejn il-maħbub jew maħbuba tagħhom b’mod aktar speċjali, filwaqt li oħrajn għalihom l-14 ta’ Frar hu jum normali bħat-365 jum ieħor tas-sena. 

Dawn huma xi ftit kurżitajiet u fatti dwar dan il-Jum tant speċjali għal bosta li forsi qatt ma ħsibt fuqhom jew għaddewlek mill-kuruturi ta' moħħok! 

1. Żgur u mhux forsi bis-saħħa ta’ Valentinu l-bejjiegħa tal-fjuri, l-aktar li jgwadu fin-negozju tagħom huwa proprju f’din il-ġurnata. Madwar id-dinja huwa maħsub li jintefqu madwar 14.7 biljun dollaru fuq ward u fjuri.

 

2. Spiss nisimgħu nies li jgħidu "POVRI RĠIEL !!", għax huma jixtru u n-nisa le! Infatti, huwa kkalkulat li 73% tal-irġiel madwar id-dinja jixtru l-fjuri lil maħbubin tagħom, filwaqt li 27% biss tan-nisa jixtru fjuri jew ward lill-mahbub tagħhom.

 

3. Ħafna proponimenti taż-żwieg issiru f' dan il-jum. Statistiċi juru li n-numru ta' proposti taż-żwieġ li jsiru f' Jum San Valentinu huwa ta' madwar 220, 000, li b'kollox jigi 10% tal-proposti madwar is-sena.

 

4. "Huwa risq ħazin jekk niffirmha fil-kartolina li ser nagħti lil maħbuba jew maħbub tiegħi ?" Ir-risposta hija LE! Pero, fi żmien il-Vittorjani kienu jemmnu li jekk dak li jkun kien jiffirma fil-kartolina tal-maħbub jew maħbuba kien ikun risq ħażin għar-relazzjoni ta' bejnietom.

 

5. Jum San Valentinu jirrovina dak li ħafna jsejjħulu l-proċess tas-summer body! Inkun għadni kemm bdejt innaqas mill-piż wara dak l-ikel kollu tal-Milied, u nerġa nibda nintefaħ biċ-ċikkulatini!  Iktar minn 35 miljun kaxxi taċ-ċikkulatini b'qalb fuqhom jinbiegħu madwar id-dinja f' Jum San Valentinu.

 

6. Qatt ħsibt għala fjura ħamra? Il-warda ħamra kienet l-aktar warda favorita ta' Venus, l-alla tal-imħabba.

 

7. F’dan il-Jum, ċertu professjonijiet imorru aħjar minn oħrajn. Speċjalment jekk tkun għalliema! Ħafna għalliema jirċievu numru ta' kartonlini f' dan il-jum tal-maħbubin kemm mingħand it-tfal li jgħallmu u saħħansitra anke mingħand xi ġenituri tal-istudenti!

 

8. U nies li jidealizzaw l-imħabba jew dawk li nsejjħulhom “hopeless romantics” ma jonqsux. F' Verona ġewwa l-Italja, fejn għexu Romeo u Ġuljetta, jiġu mibgħuta madwar 1,000 ittra indirizzati lil Ġuljetta.

 

9. Jekk tagħlaq sninek fl-14 ta' Novembru, taf sewwa meta ġejt imnissell! Probabli f’Jum San Valentinu ommok u missierek kienu aktar romantiċi mis-soltu!

 

Fl-opinjoni tiegħi, int; dak jew dik li qiegħed taqra dan l-artiklu...prova tintilifx wisq fuq din it-tradizzjoni iżda fokka fuq l-għeżiez assigments, riċerka u studju li hemm jistennewk, jew almenu, jekk tgħożż din il-ġurnata, kun ċert li turi mħabbtek kulJUM u mhux f’Jum San Valentinu biss!

Il-Ġurnata t-tajba lil kulħadd!