The Third Eye

Wara dak li esprimew l- SDM (Studenti Demokristjani Maltin) rigward irregolaritajiet fl-għadd tal-voti tal-elezzjoni tal-MCAST 2016, Wayne Sammut, President tal-PULSE, għadu kemm tella' rispons permezz ta' post fuq il-profil personali tiegħu ta' Facebook b'messaġġ li bħala "Pulse m'għandna XEJN x'naħbu." 

Sammut saħaq fuq it-trasparenza f'din l-elezzjoni, tant li fin-nuqqas tar-rappreżentati tal-SDM fil-kamra, PULSE ma ħadu ebda azzjoni. Huwa qal ukoll li qiegħed f'kuntatt mal-Viċi Priċipal tal-MCAST stess li nfurmah rigward ċertu nuqqassijiet min-naħa tal-amministrazzjoni stess. 

Wayne Sammut spicca l-post tiegħu billi afferma li l-għaqda PULSE tinsab preżenti tistenna sabiex jingħaddu l-voti tal-istudenti kollha biex b'hekk ikun jista' jitħabbar ir-riżultat finali.